• Il-membri kollha

    Il-membri tagħna huma kollha magħqudin minn passjoni għal dan ir-raħal. Kull wieħed minnhom iġib l-enerġija, il-kreattività u l-impenn tiegħu biex flimkien nagħmlu differenza fil-komunità tagħna.

  • Il-membri

    Min aħna u x'qed nagħmlu?

    Section image

    Il-president

    Damian Micallef

    Għandi 20 sena u bħalissa student tal-ġurnaliżmu fit-tielet sena. Apparti minn hekk naħdem bħala ġurnalist ma' NewsbookMalta. Fil-ħin liberu tiegħi nieħu gost naqra xi ktieb u ovjament bla dubju nieħu pjaċir ninżel sal-maħżen biex nkompli naħdem għal festa tant għal qalbi, tas-Salvatur.

    Section image

    Is-segretarja

    Jaelle Borg

    Għandi 20 sena u bħalissa qiegħda fit-tieni sena tal-università, fejn qed nistudja l-Kriminoloġija. Fl-istess ħin naħdem bħala ġurnalista ma’ MaltaToday, fejn inkompli nsaħħaħ l-imħabba tiegħi għall-kitba u l-aħbarijiet. Fil-ħin liberu tiegħi nħobb nikteb, nsegwi Simpatici li hu l-programm favorit tiegħi, u naħdem fuq affarijiet b'risq il-festa tagħna.

    Section image

    Membru

    Giada Festari

    Għandi 19 -il sena u bħalissa ninsab fit-tieni sena fl-universita' nistudja l-psikoloġija. Apparti minn hekk naħdem ukoll part time bħala għalliema tas-sfin u ovjament inħobb nisfen.

    Section image

    Rapreżentant tal-kbar u Kaxxier

    Matthew Calleja

    Għandi 25 sena u self employed. Inħobb ħafna il-karozzi u ovjament għandi għal qalbi ħafna il-festa tas-Salvatur.

    Section image

    Social media PR

    Aurora Festari

    Għandi 18 -il sena u bħalissa qiegħda fl-aħħar sena tiegħi sixth form ġewwa San Alwiġi. Inħobb nipparteċipa fl-affarijiet tal-iskola fejn għadni kif ħadt sehem fis-soiree tal-Iskola.

    Section image

    Membru

    Kara Grima

    Jien għandi 16 il sena. Jien inħobb insegwi l-football, indur il-festi speċjalment biex nara n-nar u nħobb nisma l-mużika. L- iskola qeda nistudja l-biologija, l-Malti, Ingliż, Sociology u Taljan.

    Section image

    Viċi Kaxxiera

    Karla Zahra

    Ghandi 17 u nħobb nisma l-mużika, naqra u nara l-films. L-iskola qed nistudja l-Graphical Communication biex l'quddiem inkompli għal Designer

    Section image

    Membru

    Gabriel Mifsud

    Jien Gabriel Mifsud għandi 16 -ilsena inħob nesperimenta fuq il-computers. Bħalissa qijad l-mcast u qed nistudja fuq advanced diploma in It and networking

    Section image

    Membru

    Aiden Muscat

    Għandi 15 il-sena nħobb l-arti , l-istorja u nilgħab il-futbol. Inħobb il-festi specjalment tagħna l-lijani tas-Salvatur kif ukoll il-ġimgħa il-kbira

    Section image

    Membru

    Kaiden Portelli

    Jiena għandi 16, nipprattika l-karate u bħalissa qed nistudja aviation engineering ġewwa l-Mcast